Taljan pożittiv għall-coronavirus wara żjara f’Malta

Żagħżugħ Taljan li kien Malta għal vaganza rriżulta pożittiv għall-coronavirus mal-wasla tiegħu fl-Italja.

Il-midja reġjonali fl-Umbria rrappurtat kif żagħżugħ ta’ 27 sena kien sintomatiku meta għamel is-Swab Test f’Terni li hija belt fit-Tramuntana tal-kapitali Ruma.

Jidher li ż-żagħżugħ irritorna minn Malta fil-ġranet li għaddew. L-awtoritajiet tas-saħħa f’Terni għaddejjin bil-contact tracing biex jiġu infurmati l-ħersuni li kellhom kuntatt maż-żagħżugħ.

L-aħbar kienet irrappurtat ukoll fuq il-Corriere dell’Umbria. Dan wassal għal reazzjoni mill-eks Kandidat tal-PN Peter Agius fejn appella lill-Prim Ministru Robert Abela biex dwar l-attivitajiet tal-massa jisma’ mill-esperti qabel ikun tard wisq.