Taljan jindarab waqt argument f’San Pawl il-Baħar

Taljan ta’ 25 sena minn Turin sofra feriti f’rasu waqt argument li seħħ fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu fi stabbiliment tad-divertiment fi Triq it-Trunċiera f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30 u flimkien mat-Taljan kien hemm ġuvni ieħor Taljan ta’ 23 sena wkoll minn Turin.

Jirriżulta li l-ġuvni ntlaqat minn flixkun u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn instab li kellu bżonn il-punti.

Il-Pulizija tad-disrett qed tistħarreġ il-każ.