Taljan jiftaħ negozju f’Għawdex wara snin idur bir-rota

Ħames snin ilu, żagħżugħ Taljan qata' biljett u ddeċieda li jħalli l-Italja biex imur l-Olanda u mill-Olanda spiċċa f'Għawdex.
Fulvio Alba, illum il-ġurnata jmexxi n-negozju tiegħu kemm mill-Olanda kif ukoll minn Għawdex.
Jgħid li Għawdex issa huwa t-tieni dar tiegħu.
Hekk kif wasal l-Olanda beda jmexxi n-negozju tal-ikel ta’ prodotti tipikament Taljani li jistgħu jintużaw għal tisjir professjonali fid-djar.
Illum il-ġurnata fl-Italja hemm madwar 20 kumpanija li jipproduċu dawn il-prodotti tad-ditta Fulvio.
Alba qal li s-suċċess tiegħu ma kienx wieħed faċli għax biss biss għamel sena jdur bir-rota jqassam il-prodotti tiegħu.
Illum il-ġurnata l-prodotti tiegħu jitqassmu mal-Ewropa kollha permezz ta’ trakkijiet.