Taljan jgħid li qed jinkisrulu d-drittijiet wara każ tad-droga

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ma laqatx il-każ mressaq minn Taljan li kien qed jilmenta li spiċċa trattat ħażin minħabba li fi kliemu m’hemmx distinzzjoni bejn il-piena għall-kultivazzjoni tal-kannabis u t-traffikar tad-droga.
It-Taljan huwa mistenni li jgħaddi ġuri wara li f’April tal-2012, il-Pulizija kienu sabu li kellu l-pjanti tal-kannabis.
Fil-Qorti t-Taljan qal li f’pajjiżu hemm distinzjoni bejn il-kultivazzjoni u t-traffikar tal-kannabis iżda ngħata t-tweġiba li f’Malta hemm abbinata sentenza ta’ priġunerija fiż-żewġ ċirkostanzi li tvarja bejn sitt xhur u għaxar snin.
Qal ukoll li kienu qed jinkisrulu d-drittijiet fundamentali.
Il-Qorti ddeċidiet li ċ-charter Ewropew tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem ma kienx applikabbli minħabba li ma nkissrux liġijiet Ewropej.