Taljan jaċċetta li jiġi estradit; involut fil-Mafja

Taljan se jiġi estradit lura l-Italja sabiex jaffaċċja akkużi li kien assoċjat ma’ attvitajiet mafjużi armati.

Ettore Riccobono, li għandu 33 sena minn Katanja ġie arrestat Malta wara l-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Hu deher quddiem il-Qorti llum fejn ma oġġezzjonax għall-estradizzjoni tiegħu.

Riccobono huwa wieħed mis-17-il persuna li ġew imsemmija f’konnessjona ma’ ħidma li qed jirreferu għaliha bħala ‘Podere Mafioso’ li kienet tinvolvi reati ta’ korruzjoni u li jittieħdu l-benefiċċji offruti mill-istat b’mod illegali. Qed jingħad li Riccobono allegatament kien qed ifittex hekk imsejjħa “ħaddiema” għal kumpaniji ineżistenti u kien juża din is-sistema biex jifforda l-istat. Hu kien sab mal-500 ħaddiem li skont rapporti kollha kienu qed jirċievu l-benefiċċji.

Din il-ġimgħa wkoll, mara li tiġi minn kap tal-Mafja Taljan, Mariella Franchini ta’ 57 sena, aċċettat li tiġi estradita wara li ħareġ ukoll mandat t’arrest Ewropew fil-konfront tagħha.