Taljan estradit fuq akkużi ta’ tixħim

Read in English.

In-negozjant Taljan Antonio Ricci, ġie estradit biex jiffaċċja akkużi dwar konfoffa kriminali. Dan seħħ wara li ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew mill-Italja. Kien l-istess Riċċi li aċċetta jintbagħat lura l-Italja wara li ġew emendati l-akkużi kontrih.

Skortat minn uffiċjali armati mill-Faċilità Korrettiva Ricci twassal l-arjuport il-bieraħ għat-titjira lejn Ruma.

Ricci, ta’ 43 sena, hu segretarju ta’ kumpanija Maltija tal-gaming u li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 10 snin se jghaddi proceduri l-Italja dwar konfoffa kriminali, flimkien fost nies oħra mal- l-persuna akkużata bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech.

Huma qed ikun investigat mit-Taljani dwar korruzzjoni fuq logħbiet tal-futbol tas-Seria A. L-istess investigazzjoni wasslet għall-arrest tal-ex President tal-klabb tal-futbol ta’ Catania, Nino Pulvirenti.

Hu reġa’ ġie arrestat mill-Pulizija fl-20 ta’ Diċembru u tressaq il-Qorti Maltija.

Il-Maġistrat Nadine Lia ordnat li Ricci jinżamm arrestat u jiġi estradit fi żmien għaxart ijiem.