Talent, paċenzja u ħafna melħ

B’talent kbir, b’ħafna paċenzja u 400 kilo melħ ikkulurit inħoloq dan it-tapit fil-pjazza tal-Għarb.
L-artista, Valentina Mammana minn Noto fi Sqallija, tat taħriġ dwar dawn l-opri fil-Kunsill Lokali tal-Għarb.
Tnax-il persuna li attendew dan it-taħriġ ħolqu din l-immaġini fuq platt li wara sar fuq skala akbar fil-pjazza. Dan it-tapit b'wiċċ Kristu, se jdum sa Ħadd il-Għid jew jippermetti t-temp.
L-Għarb diġà huwa magħruf għall-Infiorata unika li ssir fih.
Ritratti: Alvin Pace