Il-President ma tistax tirrevoka Ġieħ ir-Repubblika waħedha

L-Eks-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Paul Borg Olivier talab mill-ġdid għat-tneħħija ta’ Ġieħ ir-Repubblika ta’ Tony Zarb wara li f’wieħed mill-vloggs tiegħu, Zarb qal li “l-aktar ħaġa importanti hija li Caruana Galizia mhux se tiġi lura”. Il-President wieġbet din it-talba billi spjegat li din mhix deċiżjoni li tista’ tieħu waħedha.

Din it-talba għamilha f’ittra lill-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, fejn sostna li dan huwa eżempju ċar ta’ kliem ta’ mibgħeda. Irrimarka li “dan id-diskors faħxi jiġġustifika l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, kif ukoll jiġġustifika l-azzjoni ta’ dawk li huma akkużati bil-qtil tagħha.”

Fil-vlogg tiegħu tal-bieraħ, Zarb, l-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union u l-eks konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, semmiet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lil martu Michelle 11,000 darba.

F’ittra risposta, il-President ta’ Malta sostniet li ma tistax tieħu din it-tip ta’ deċiżjoni waħeda hekk kif Kapitlu 251 Artiklu 23 ta’ l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika jgħid li l-President jista’ jirrevoka l-għoti tal-medalja “fuq reżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati skont dawk il-proċeduri li jistgħu jiġu preskritti b’regoli li jsiru bis-saħħa tal-att.”

The President passes on the baton to Parliament as the competent institution to strip Tony Zarb from his Honours of Gieh…

Posted by Paul Borg Olivier on Friday, September 21, 2018

Fl-ittra, Borg Olivier irrefera għall-fatt li fis-27 ta’ Ottubru tal-2017 wara dak li ddeskriva bħala “attakk faħxi fuq grupp ta’ nisa li qed jipprotestaw quddiem Kastilja, biex isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali, wara l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia”. Borg Olivier kien qal li d-diskors imlissen minn Zarb, fost l-oħrajn “prostituti”, “qatta’ tradituri”u “ċorma assassini”, ġab stmerrija sħiħa għax jattakka b’mod aggressiv id-dritt tal-libertà tal-espressjoni.

Tony Zarb ngħata Ġieħ ir-Repubblika f’Diċembru tal-2015 għall-ħidma tiegħu fosthom li jmexxi ‘l quddiem il-prinċipji ta’ attiviżmu fil-ħajja pubblika u soċjali.

Il-vlogg ta’ Zarb qanqal bosta reazzjonijiet minn personaġġi fuq il-midja soċjali: