
SOS MEDITERRANEE u Doctors Without Borders (MSF) talbu lill-gvernijiet Ewropej u l-awtoritajiet marittimi tagħhom sabiex jiftħu l-port tagħhom għall-immigranti salvati u jiffaċilitaw l-assistenza fiċ-ċentru tal-Mediterran.
L-organizzazzjonijiet qalu li jinsabu inkwetati dwar il-policies Ewropej li qed ifixklu l-proviżjonijiet tal-assistenza umanitarja u li rriżultaw minn numru ta’ mwiet fl-aħħar xhur.
Iż-żewġ organizzazzjonijiet joperaw il-bastiment Aquarius, li huwa wieħed miż-żewġ bastimenti għat-tfittxijiet u s-salvataġġ umanitarju fiċ-Ċentru tal-baħar Mediterran. Bħalissa, tliet dgħajjes ta’ dan it-tip, is-Seefuchs, Sea-Watch Vessel 3 u MV Lifeline jinsabu maqbudin Malta.
L-MSF spjegat li l-Aquarius bħalissa jinsab miexi lejn it-Tramuntana wara li l-Libja ma aċċettatx li tipprovdi post sigur lill-141 persuna salvati l-Ġimgħa. Intant, iċ-ċentru ta’ kordinazzjoni konġunta tas-salvataġġ Libjana talbet lill-Aquarius sabiex isalva 10 persuni oħra li spiċċaw f’periklu li jitilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran.
Persuni abbord id-dgħajsa li ġiet salvata l-Ġimgħa qalu lill-Aquarus li fi triqithom iltaqgħu ma’ ħames vapuri fil-baħar, liema vapuri rrifjutaw li jagħtu l-assistenza tagħhom.
Tista’ taqra aktar dwar dan il-każ minn hawn.