Talba għall-maskri mandatorji fil-pubbliku

Miguela Xuereb

In-netwerk tas-soċjetà ċivili qal li b’rati għolja ta’ trasmissjoni lokali jeħtieġ maskri lill-pubbliku li jintlibsu b’mod mandatorju. In-netwerk appella biex jiġu provduti maskri lill-pubbliku ġenerali u fl-istess ħin, isir mandatorju illi jintlibsu dawn il-maskri l-ħin kollu f’postijiet pubbliċi jew almenu urbani.

Ġie mdisser li din il-miżuri qed tiġi proposta ladarba issa hemm rati għoljin ta’ trasmissjoni lokali, u għalhekk huwa proprju issa li hemm l-aktar ċans li jinxtered il-virus fit-toroq u ħwienet.

Dan l-appell ġie mqabbel mal-miżura li ġiet introdotta f’pajjiżi Ewropej oħra, fosthom ir-Repubblika Ċeka, fejn anke jekk mhux maskri mediċi, almenu l-imnieħer u l-ħalq għandhom jitgħattew b’xalla għal protezzjoni bażika.