Talba għal għomor il-ħabs għall-Bulgaru li qatel Serb

Beda jinstema’ l-ġuri tal-Bulgaru li hu akkużat li sentjen ilu qatel raġel barrani f’San Pawl il-Baħar.
Il-Prosekuzzjoni qed titlob sentenza ta’ għomor il-ħabs.
Il-każ seħħ f’appartament fejn il-Bulgaru kien joqgħod flimkien ma’ żewġ persuni oħra.
Il-Bulgaru qed jiġi akkużat li qatel raġel Serb, wara argument fl-apaprtament waqt li s-Serb kein qed jixrob u jisma’ l-mużika, flimkiem mar-residenti li kienu joqogħdu fl-apaprtament mal-akkużat.
Qed jiġi akkużat wkoll li darab serjament lil wieħed mir-residenti u li kien fil-pussess ta’ sikkina li ntużat fil-qtil.
Huwa wieġeb li mhux ħati u insista li aġixxa biex jipproteġi lilu nnifsu.