​Talb għax-xita

Id-Djoċesi ta’ Malta qed tappella għat-talb għax-xita.
Ċirkulari mibgħuta mill-Vigarju Ġenerali lill-arċiprieti, il-kappillani, ir-retturi tal-Knejjes u s-superjuri reliġjużi, sar appell biex isir talb għal xita fejjieda, f’ħinha u f’waqtha li tagħmel il-ġid.
Il-Vigarju Ġenerali qal li qed jinħass ħafna n-nuqqas ta’ xita, u kienu bosta bdiewa u persuni oħra li wrew ix-xewqa li jsir talb għax-xita, “li hi tant meħtieġa”.
Skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hemm ċans ta’ ħalbiet tax-xita għada l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt.