Tal-RIU jiġru wara vettura fil-Marsa

Arkivji

Il-Pulizija tal-RIU dehru jiġru wara vettura li għall-ħabta tat-3.30pm naqas milli jwaqqaf il-karozza tiegħu b’ordni tal-Pulizija. Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal li l-Pulizija tal-RIU waqqfu lir-raġel fi Triq il-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa.

Persuna li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt spjegat ix-xena li rat aktar kmieni waranofsinhar fejn qalet li l-vettura ma waqfitx wara sinjali mill-Pulizija biex twaqqaf il-vettura. Kien hawnhekk li l-Pulizija tal-RIU kellhom jintervjenu u waqqfu lill-vettura billi marru quddiemha u skidjaw fuq ġenb. Temmet tgħid li ħasbet li qiegħda f’film.

Il-kelliem qal li r-raġel ittieħed l-għassa tal-Ħamrun fejn kienu qed isirulu xi mistoqsijiet. L-ebda dettalji ma ngħataw dwar l-investigazzjoni.