Tal-Qares “qed jinqered” minħabba l-iżvilupp – Temple Rescue Malta

Is-sit arkeoloġiku Tal-Qares fil-Mosta, iddatat għal Żmien il-Bronż, inqered minħabba żvilupp ta’ showroom u appartamenti, skont il-pjattaforma Temple Rescue Malta.

Fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Temple Rescue Malta qalet li xi darba, dan is-sit kellu bosta karatteristiċi ta’ valur bħal barrieri antiki u ħajt kbir mibni b’ġebel kwadru. Skont din il-pjattaforma, dan is-sit mar mill-ħażin għall-agħar għaliex spiċċa fil-mira tal-iżviluppaturi.

Għad m’hemmx studji arkeoloġiċi dwar is-sit.

Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-awtoritajiet konċernati għal iżjed informazzjoni.

Tal-Qares Archaeological Site – The Evolution.''A 2014 investigation by the Superintendence of Cultural Heritage had…

Posted by Temple Rescue, Malta on Monday, March 25, 2019