Tal-Protezzjoni Ċivili jsalvaw xi papri li waqgħu ġo bir fis-Siġġiewi

Civil Protection Malta / Facebook

Il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom biċċa xogħol kemxejn differenti minn tas-soltu lbieraħ peress li ntalbu jsalvaw għadd ta’ papri li waqgħu ġo bir abbandunat fis-Siġġiewi.

Il-każ ġara ġo santwarju tal-annimali li jinsab fil-limiti tar-raħal ilbieraħ waranofsinhar.

Sabiex jiksbu aċċess għall-bir, il-membri tas-CPD kellhom jiftħu toqba ġos-saqaf tal-bir. Imbagħad niżlu ġo fih u rnexxielhom isalvaw lill-papri kollha.

Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, id-Dipartiment irringrazzja lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali u lil RMJ Horse Rescue tal-għajnuna tagħhom.

On Monday afternoon the Civil Protection Department was called in to rescue a number of ducks which fell in an abandoned…

Posted by Civil Protection Malta on Monday, July 13, 2020