Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili lbieraħ salva ħajjet kelb fil-Mellieħa.
Mara kitbet fuq Facebook sabiex tesprimi l-gratitudni tagħha lejn il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom isalvaw il-ħajja ta’ kelb li waqa’ f’gandott fond propju fl-ewwel jum tas-sena.
Hija kkummentat li dik li setgħet kienet traġedja nbidlet f’miraklu.
Dawn il-ħaddiema sikwit ikollhom xi biċċa xogħol bħal din meta jkun hemm xi annimali li jisfaw fil-periklu.