Tal-Parlament Ewropew fost l-aktar elezzjoni diffiċli – PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jittama li jtella’ t-tielet siġġu f’dik li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said iddeskriva bħala “waħda mill-aktar elezzjoniiet diffiċli.”
Waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar it-tnedija tal-kampanja elettorali għall-Parlament Ewropew bl-isem ta' Malta Aħjar, Chris Said saħaq li l-elezzjoni ta’ Mejju se tkun diffiċli minħabba t-telfa rekord li għadda minnha l-Partit fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Insista li l-Partit Nazzjonalista se jagħmel kampanja elettorali modesta u saħaq li jinsab ċert li “l-Partit Laburista se jordom lill-Partit Nazzjonalista fl-infieq ta’ flus tul il-kampanja.
Qal li mhux se tkun kampanja ta’ billboards iżda l-Partit Laburista se jħalli f’idejn il-Prim Ministru biex ikun bombastiku.
Il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li wara sena ta’ Gvern Laburista, Malta mhix aħjar, anzi saħaq li Malta jixraqilha tkun aħjar.  Semma’ li Malta kienet biss aħjar għan-nies viċin tal-Partit Laburista.
Sostna  li l-istatistika turi li żewġ Membri Ewroparlamentari Nazzjonalisti ħadmu aktar mill-erba’ Ewroparlamentari Laburisti.
Dr Busuttil temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista  se jaħdem għat-tielet siġġu u mhuwiex minnu li ż-żewġ partiti se jitilqu mill-istess punt.