Tal-mistħija li l-Ewropa se jkollha tbaxxi l-istandards għall-Maltin fl-EPPO – PN

European Union

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa tal-mistħija li l-Kummissjoni Ewropea se jkollha tbaxxi l-istandards għal dawk li japplikaw minn Malta għal kariga ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-uffiċċju tal-EPPO.

Fi stqarrija l-PN qal li l-Gvern Laburista waqqa’ isem Malta peress li l-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddikjara li din s-sitwazzjoni li ħoloq il-Gvern Malta hija waħda straordinarja.

“Il-Gvern Laburista tant baxxa l-istandards tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’pajjiżna li s’issa l-ebda persuna li applikat f’Malta għal din il-kariga prestiġġjuza ma kienet tilħaq il-livelli mistennija fl-Unjoni Ewropea biex tigi miġġielda l-korruzzjoni,” qal il-PN. B’referenza għal dak li qal Melvin Theuma fil-Qorti, il-PN qal li taħt Gvern Laburista l-korrotti u l-kriminali moħħom mistrieħ. Melvin Theuma bħalissa huwa xhud fil-każ tal-qtil tal-ġurnalsita Daphne Caruana Galziia u qed jgħid li huwa s-sensar tal-assassinju.

Sitwazzjoni straordinarja – Il-Kummissarju għall-Ġustizzja

It-Tnejn li għadda s-sit EU Observer qal li Malta ma setgħetx issib biżżejjed kandidati addatti għall-uffiċċju tal-EPPO. Dan jista’ jwasasl biex il-Kummissjoni Ewropej twaqqa’ l-istandards tagħha. Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders iddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda “straordinarja”.

L-EPPO se jkun ibbażat f’Lussemburgu. Se jkun qed iwettaq investigazzjonijiet kriminali fil-korruzzjoni, frodi tal-VAT, u serq mill-baġit Ewropew. Mistenni jibda jaħdem f’Novembru, però dan il-pjan jaf jisfaxxa fix-xejn minħabba Malta.

L-EU Observer qalet li s’issa l-pajjiżi kollha sabu kandidati, ħlief Malta li setgħet issib tnejn li jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa. Il-kundizzjonijiet jinkludu li ma jkunx hemm dubji dwar l-indipendenza tal-kandidati.

Is-sit kompla jgħid li l-ewwel nomini tal-Gvern Malti qajmu dubji dwar l-isforzi tiegħu. Fosthom kien hemm l-avukat Charles Mercieca, eks prosekutur tal-istat li l-għada li rreżenja beda jiddefendi lil Yorgen Fenech – sid 17 Black akkużat b’involviment fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.