Tal-MCAST se jibdew itajru l-kpiepel din il-ġimgħa

Din il-ġimgħa se jibdew il-gradwazzjonijiet tal-istudenti tal-MCAST li lestew programmi ta’ studju fil-Livell 5 u 6, Higher National Diplomas u Baċellerati rispettivament.
Iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni se jsiru kollha fil-Kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid fis-6.30pm, kif ġej:
L-Erbgħa 2 ta’ Diċembru

  • L-Istitut tax-Xjenza Applikata – Ċentru għall-Agrikoltura, Akwatika u Xjenza tal-Annimali
  • Istitut għall-Arti Kreattiva

Il-Ħamis 3 ta’ Diċembru

  • Istitut għall-Arti Kreattiva
  • Istitut għall-Inġinerija u t-Trasport – Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni

Il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru

  • Istitut għall-Maniġment fin-Negozju u Kummerċ
  • Kampus ta’ Għawdex

L-Erbgħa 9 ta’ Diċembru

  • Istitut għall-Inġinerija u t-Trasport – Inġinerija Elettrika
  • Istitut għall-Inġinerija u t-Trasport – Ċentru għal Taħriġ Marittimu
  • Istitut għall-Inġinerija u t-Trasport – Inġinerija Mekkanika

Il-Ħamis 10 ta’ Diċembru

  • Istitut għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni

 
Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru

  • Istitut għax-Xjenza Applikata
  • Istitut għas-Servizzi tal-Komunità
  • Istitut għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni

Ritratt: Arkivji