Tal-Malasja huwa l-84 ajruplan mitluf fl-aħħar 66 sena

L-Ajruplan mitluf tal-Malaysian Airlines huwa l-84 ajruplan li ntilef mill-1948 ‘l hawn.
Fil-misteru ta’ dan l-aktar għajbien ta’ ajruplan riċenti, m’hu qed ikun eskluż xejn. Iżda minkejja li dan il-każ jidher stramb u ħasad lil ħafna, żgur li ma kienx l-ewwel wieħed.
Skont informazzjoni miġbura mill-Aviation Safety Network, mill-1948 sal-lum intfilfu 84 ajruplan.

Fis-snin 40 u 50, meta t-teknoloġija fil-komunikazzjoni kienet għadha primittiva, l-għajbien ta’ ajruplani kien ftit aktar komuni. L-aħħar ajruplan li ntilef mingħajr ebda traċċa f’dawn l-aħħar snin kien fl-2007. Kien hemm bżonn 3,600 persuna u aktar minn għaxart ijiem biex jinstab l-ajruplan Adam, misjub qrib l-Indonesja.

L-aktar ajruplan komuni li ntilef kien id-Douglas DC-3, b’kollox intiflu 19-il ajruplan ta’ dan il-mudell. Hemm ajruplani li jdumu s-snin biex jinstabu. Ajruplan partikolari Boeing 727 li kien intilef lura fl-1985 kien instab fl-2006 f’muntanja fil-Bolivja.  
Skont l-istess informazzjoni, l-iktar sena li fiha intiflu ajruplani, kienet l-1966. Dik is-sena intilfu xejn inqas minn 3 ajruplani.