Aġġornata: Tal-linja taħbat f’karozza; Iweġġgħu tnejn

Sewwieq ta’ karozza privata u passiġġiera f’karozza tal-linja weġġgħu meta l-karozza tal-linja kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Is-sewwieq tal-karozza, Ingliż ta’ 35 sena u l-passiġġiera anzjana ta’ 63 sena minn Ħal Tarxien sofrew minn ġrieħi ħfief.
Il-ħabta seħħet f’salib it-toroq f’Raħal Ġdid, bejn Triq Ħal Luqa u Triq Palma għall-ħabta tad-8.45am.
Ambulanza ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei.
Rittatt fuq info@newsbook.com.mt