Tal-linja se jaħdmu iktar mill-ġimgħa d-dieħla

Il-Malta Public Transport għaddejja b’taħdidiet mal-General Workers Union biex is-servizz tat-trasport pubbliku jaqleb għall-iskeda tas-Sajf minnufih.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li s-servizz se jibda jopera bl-iskeda tas-Sajf mill-ġimgħa d-dieħla.
Dwar id-diversi lmenti minħabba problemi fl-arja kkundizzjonata, il-Malta Public Transport spjegat kif din il-problema tinsab fuq numru zgħir ta’ vetturi li ġew mikrija riċentament mill-Ingilterra.
Il-Malta Public Transport skużat ruħha għal kull inkonvenjent u kkonfermat li l-problema qiegħda tiġi indirizzata biex tissolva malajr.

Ritratt: Paul Rothery