Tal-linja l-antiki lura flok tal-Arriva

Tal-linja l-antiki illum daħlu lura jaħdmu fuq ir-rotot, jieqfu fuq diversi stages fit-toroq Maltin, jaqdu lill-pubbliku.

Sal-lum dawn il-vetturi, miżbugħa bil-kuluri skont ir-rotta, kienu qed jintużaw fuq ir-rotot turistiċi minn operaturi privati.

Is-sidien huma membri tal-Unscheduled Bus Service (UBS) li minn dalgħodu bdiet toffri s-servizzi tagħha fir-rotot tal-Arriva.

Fl-antik, din il-karozza safra bil-linja oranġjo kienet taqdi r-rotta tas-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. 

Għaldaqstant għall-ewwel darba mill-1975, il-karozzi kkuluriti skont ir-rotta, reġgħu qed joffru s-servizz fit-toroq. 

 

Ritratti: Adrian Attard/Kurt Galea