Tal-linja issa twasslek sal-bajja tar-Rinella

Is-Servizz tat-Trasport Pubbliku ħabbar li minn din il-ġimgħa żied rotta ġdida li tgħaddi mill-bajja tar-Rinella.
Fi stqarrija intqal li r-rotta li se topera kull nofs siegħa mit-Tnejn sas-Sibt u kull siegħa nhar ta’ Ħadd se tkun qed tgħaqqad ix-Xatt tal-Kalkara ma’ Smart City u viċe-versa u se tkun qed taħdem fuq ir-rotta numru tlieta. L-għan li għalih żdiedet din ir-rotta kien li jiġi pprovdut servizz lil numru kbir ta’ Maltin u turisti li jżuru l-bajja tar-Rinella waqt ix-xhur sħan tas-sajf.