Tal-Linja b’servizzi speċjali għall-Karnival tan-Nadur

Malta Public Transport se jkun qed iħaddem servizzi speċjali fi żmien il-karnival  sabiex jiffaċilita l-ivvjaġġar u l-aċċessibiltà għal dawk li jmorru san-Nadur bejn illum u l-Ħadd.

Is-servizz speċjali se jkun qed jaħdem b’dan il-mod: 

Servizz speċjali għal-lum l-1 ta’ Marzu

  1. Mir-Rabat Għawdex għan-Nadur se jkun hemm vjaġġ kull 30 minuta bejn it-8pm u 12am.
  2. Servizz shuttle bejn il-port tal-Imġarr u n-Nadur ma kull vjaġġ tal-Gozo Channel bejn is-7pm u 12am.
  3. Servizz speċjali se jopera fis-1am (kmieni s-Sibt filgħodu)
    • Min-Nadur għax-Xagħra – Marsalforn
    • Min-Nadur għax-Xewkija – Sannat (Ta’ Ċenċ) – Munxar – Xlendi
    • Min-Nadur għar-Rabat – Kerċem – Santa Luċija
    • Min-Nadur għar-Rabat – San Lawrenz – Għarb – Għasri – Żebbuġ
    • Min-Nadur għal Għajnsielem – Mġarr (vapur)
    • Min-Nadur għall-Qala

Servizz speċjali għal-għada t-2 ta’ Marzu

  1. Mir-Rabat Għawdex għan-Nadur se jkun hemm vjaġġ kull 15 minuta bejn it-8pm u 12am.
  2. Servizz shuttle bejn il-port tal-Imġarr u n-Nadur ma kull vjaġġ tal-Gozo Channel bejn is-7pm u 12am.
  3. Servizz speċjali se jopera fis-1am
    • Min-Nadur għax-Xagħra – Marsalforn
    • Min-Nadur għax-Xewkija – Sannat (Ta’ Ċenċ) – Munxar – Xlendi
    • Min-Nadur għar-Rabat – Kerċem – Santa Luċija
    • Min-Nadur għar-Rabat – San Lawrenz – Għarb – Għasri – Żebbuġ
    • Min-Nadur għal Għajnsielem – Mġarr (vapur)
    • Min-Nadur għall-Qala

Servizz speċjali għall-Ħadd 3 ta’ Marzu

  1. Mir-Rabat Għawdex għan-Nadur se jkun hemm vjaġġ kull 30 minuta bejn it-8pm u 12am.
  2. Servizz speċjali se jopera fis-1am
    • Min-Nadur għax-Xagħra – Marsalforn
    • Min-Nadur għax-Xewkija – Sannat (Ta’ Ċenċ) – Munxar – Xlendi
    • Min-Nadur għar-Rabat – Kerċem – Santa Luċija
    • Min-Nadur għar-Rabat – San Lawrenz – Għarb – Għasri – Żebbuġ
    • Min-Nadur għal Għajnsielem – Mġarr (vapur)
    • Min-Nadur għall-Qala

Servizz speċjali f’Malta għada t-2 ta’ Marzu

Bejn is-Sibt bil-lejl u l-Ħadd kmieni filgħodu, Malta Public Transport se jkun qed iħaddem żieda fir-rotot ta’ bil-lejl. Dawn jinkludu:

  • S221 – Miċ-Ċirkewwa għal Buġibba
  • S222 – Miċ-Ċirkewwa għal Sliema Ferries
  • S49 – Miċ-Ċirkewwa għall-Belt (Birkirkara Bypass, Skatepark & Msida)
  • S42 – Miċ-Ċirkewwa għall-Belt (Birkirkara, Fleur-de-Lys, Ħamrun u Santa Venera)
  • N11 – Miċ-Ċirkewwa għal San Ġiljan – li se tkun qed topera b’mod normali billi titlaq miċ-Ċirkewwa fil-11.05pm, 12.05am, 1.05am u 2.05am.

L-aħħar rotot speċjali se jitilqu miċ-Ċirkewwa fit-3.30am u s-servizz normali jerġa’ jibda fil-4.55am.