Tal-linja b’servizz speċjali għal-logħba bejn Malta u Spanja

Malta Public Transport qed toffri servizz speċjali għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020 bejn Malta u Spanja li se tintlagħab illejla fil-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Fi stqarrija, Malta Public Transport qalet li vjaġġi diretti se jitilqu mill-Belt lejn Ta’ Qali bejn il-5.45 pm u s-7.55 pm. Wara l-partita, se jkun hemm servizz speċjali dirett lejn il-Belt Valletta, Tas-Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, u Buġibba.

Uffiċjali ta’ Malta Public Transport se jkunu preżenti sabiex jiggwidaw lill-passiġġieri.