Tal-Linja b’rotot ġodda għal billejl

Malta Public Transport introduċiet erba’ rotot ġodda biex tipprovdi servizz bejn aktar destinazzjonijiet matul il-lejl. Fi stqarrija ġie spjegat li r-rotot eżistenti ġew ukoll riveduti sabiex joffru aktar konvenjenza lill-passiġġieri. Is-servizz aġġornat beda fi Frar tal-2019.

Is-servizz ġdid fir-rotot ta’ billejl se jkun hekk:

  • N11 rat żieda fil-frekwenza għal kull 30 minuta u topera minn San Ġiljan saċ-Ċirkewwa l-Ġimgħa u s-Sibt billejl;
  • N13 se tkompli topera mill-Belt għal San Ġiljan kull lejl;
  • N40 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sal-Mosta, u tgħaddi minn San Ġwann u n-Naxxar il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta;
  • N50 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sar-Rabat, u tgħaddi minn Birkirkara u Ħ’Attard il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta;
  • N71 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sal-Imqabba, u tgħaddi minn Ħal Luqa, iż-Żurrieq, u l-Qrendi il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta;
  • N91 ser tkompli topera minn San Ġiljan sa Marsaskala (ċirkolari) il-Ġimgħa u s-Sibt billejl;
  • N209 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sa Ħaż-Żebbuġ, u tgħaddi mill-Ħamrun, Ħal Qormi, u s-Siġġiewi l-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta; u
  • N212 hija rotta ġdida li se topera kull lejl minn Tas-Sliema għal Buġibba kull 30 minuta.