Tal-linja b’rotot speċjali għall-festa tal-Valletta 18

Il-Malta Public Transport ħabbret ir-rotot speċjali li se jiġu pprovduti s-Sibt filgħaxija biex il-pubbliku jkun jista’ jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ uffiċjali tal-belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Kif diġa mħabbar, il-venda tal-linja viċin il-funtana tat-Tritoni se tkun magħluqa għalhekk is-servizz speċjali se jopera minn Triq Sant’Anna fil-Furjana.
Biex tara l-lokalitajiet minn fejn se jgħaddu dawn ir-rotot idħol hawn.
Transport Malta ħabbret numru ta’ servizzi li se joperaw bejn is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu kmieni.
Dwar il-parkeġġ tal-MCP fil-Furjana, Newsbook.com.mt jinsab infurmat li peress li Triq Sant’Anna se tkun miftuħa biss għas-servizz tal-linja, id-dħul għalih se jkun min-naħa tal-Waterfront u jitla’ mit-telgħa tal-Kurċifiss għal fejn il-Monument tal-Gwerra. Il-ħruġ jibqa’ dak eżistenti mill-mina ta’ fejn il-Waterfront.

Ftit jiem qabel il-ftuħ uffiċjali, Newsbook.com.mt mar il-Belt Valletta u tkellem mal-Beltin dwar kif qed iħossuhom bil-fatt li l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura u lir-residenti staqsejnihom kif qed tolqothom.