Tal-linja aktar frekwenti għall-Karnival tan-Nadur

Dawk li se jmorru l-Karnival tan-Nadur b'tal-linja se jingħataw servizz speċjali tat-trasport pubbliku.
Malta Public Transport ħabbret servizz shuttle bejn l-24 u s-26 ta’ Frar.
Il-Ġimgħa u s-Sibt bejn l-Imġarr u n-Nadur fil-ħin mas-servizz tal-vapur, bejn is-7pm u 12am. Il-Ġimgħa, servizzi diretti se joperaw mir-Rabat u n-Nadur bejn it-8pm u 12am, kull 30 minuta u s-Sibt kull kwarta. Il-Ħadd se jkun hemm servizzi oħra bejn it-8pm u l-11pm, kull 30 minuta.  
Is-servizz speċjali se jopera min-Nadur għal diversi lokalitajiet f’Għawdex, il-Ġimgħa fis-1am, is-Sibt bejn is-1am u s-2.30am u l-Ħadd fil-11am. Dawn se jmorru f’dawn il-lokalitajiet:
 

  • In-Nadur – Ix-Xagħra – Marsalforn
  • In-Nadur – Ix-Xewkija – Ta’Sannat (Ta’Ċenċ) – Il-Munxar – Ix-Xlendi
  • In-Nadur –  Ir-Rabat (Victoria) – Kerċem – Santa Luċija
  • In-Nadur – Ir-Rabat (Victoria) – San Lawrenz – L-Għarb – L-Għasri – Iż-Żebbuġ
  • In-Nadur – Għajnsielem – L-Imġarr (Vapur)
  • In-Nadur – Il-Qala

Is-servizz ta’ matul il-lejl, rotta N11 se topera bħas-soltu bejn il-Ġimgħa u s-Sibt bi tluq miċ-Ċirkewwa bejn il-11.05pm u s-2.05pm, filwaqt li s-servizzi speċjali miċ-Ċirkewwa għal Belt Valletta u Tas-Sliema se joperaw skont id-domanda.