Tal-Konsumatur iwissu dwar bajjad Malti

Id-Direttur Ġenerali ħareġ avviż pubbliku biex jidentifika u jgħarraf lill-pubbliku dwar Philip Fenech li ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.

Il-konsumatriċi oriġinarjament talbet rifużjoni ta’ €500 li kienet ħallset lill-Fench għal xogħol ta’  tibjid fuq gallarija u bieb, liema xogħol baqa’ ma tlestiex. Il-konsumatriċi, naqqset it-talba tagħha għal  €200 minħabba li Fenech kien diġà lesta parti mix-xogħol mifthiem.

Minkejja li s-Sur Fenech ġie debitament noftikat bl-Avviż tat-Talba, baqa’ ma weġibx u lanqas deher għas-seduta tat-Tribunal. B’hekk it-Tribunal, wara li nstemgħet ix-xhieda tal-konsumatriċi, ġiet meqjusa veritiera u għaldaqstant Fenech ġie ordnat iħallasha s-somma ta’ €200.