Filmat: Tal-Kilimanjaro jitilqu!

Il-grupp li għal dis-sena se jisfida l-elementi u jitla’ mal-ogħla muntanja fl-Afrika biex jgħin lil ħaddieħor jinsab lest biex iħalli Malta għat-Tanzanija.
Din hija l-11-il darba li qed issir missjoni bħal din, u jista’ jingħad li sar avveniment magħruf ma’ Malta kollha.
Wara l-muntanja, il-grupp se jkun qiegħed jerħilha lejn l-Etjopja biex jinawgura l-proġett tal-Kindergarten f’Wush Wush, li wkoll sar minn flus miġbura f’edizzjonijiet imgħoddija tal-Kilimanjaro Challenge.
Inti tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek lil dal-grupp, u b’hekk tgħin tfal u adulti oħra li aktarx lanqas biss taf…dan is-sabiħ tal-għajnuna!

Tista’ ċċempel fuq 5150 2084 għal €5, 5160 2028 għal €10 u 5180 2095 għal €25.
Inkella ibgħat messaġġ ta’ €2.33 fuq 5061 7389, jew wieħed ta’ €4.66 fuq 5061 8062.
Dan huWa s-sit minn fejn tista’ wkoll tikkontribwixxi.
Ibgħat id-donazzjoni tiegħek f’dan il-kont:
Numru tal-kont: 40024686525
IBAN: MT10VALL22013000000040024686525
L-Indirizz tal-Bank: Bank of Valletta plc, Republic Street, Valletta
Il-kodiċi SWIFT /BIC: VALLMTMT