Tal-Jihad joqtlu mal-200 suldat Sirjan

Il-Jihadisti tal-Istat Iżlamiku għadhom kemm iġġustizzjaw madwar 200 suldat Sirjan li ħarbu mill-bażi ta’ Tabqa, li tinsab fit-tramuntana tas-Sirja. 
Min-naħa l-oħra, id-Direttur tal-Osservatur Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, Rami Abdel Rahmanel, qal li s-suldati maqtula huma biss “għexieren” u ma tax in-numru eżatt.