Tal-ġkieket is-sofor jipprotestaw f’Pariġi għall-11-il ġimgħa

Il-Franċiżi tal-“ġkieket is-sofor” illum ipprotestaw f’Pariġi u bliet oħra Franċiżi għall-11-il Sibt konsekuttiv.

Huma qegħdin jipprotestaw kontra l-Gvern, u l-protesti oriġinarjament bdew kontra l-pjanijiet biex jogħlew it-taxxi tal-fjuwil. Imbagħad, żviluppaw fi protesti aktar ġenerali, b’eluf ta’ dimostraturi jsemmgħu leħinhom fit-toroq. Fil-protesti, huma jxejru l-bnadar Franċiżi u tabelli kontra l-hekk imsejjaħ Re Macron.

Illum kellha wkoll issir dimostrazzjoni ta’ paċi msejħa l-Lejla s-Safra, li kellha tibda fil-5pm fi Pjazza Repubblika f’Pariġi.