“Tal-Ġermaniża” jagħlaq sninu

Awguri lill-attur Heinrich Camilleri li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Twieled nhar il-15 ta’ Frar tal-1977. Illum qed jagħlaq 43 sena. Huwa magħruf ukoll bil-laqam “Tal-Ġermaniża” kemm minħabba f’ismu kif ukoll ħabba li n-nanna hija Ġermaniża.

Camilleri beda jirreċta meta kellu 12-il sena f’diversi produzzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt Valletta u minn hemm tħeġġeġ biex ikompli jitħarreġ fl-arti drammatika u beda jieħu l-korsijiet u anki għamel l-eżamijiet tat-Trinity College Theatre.

Lil Heinrich nafuh f’sensiliet lokali bħal Fenomeni, Simpatiċi, Qegħdin Sew, La Farfalla, Dellijiet, Deċeduti, Maskra, Rajt ma Rajtx, Żafira u Il-Patt.

Ħadem ukoll bħala extra fuq The Count of Montecristo u Gladiator u wkoll kellu ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ Raoul Bova meta kien f’pajjiżna biex jaħdem il-minisensiela Come Un Delfino għall-Canale 5.

Heinrich ukoll jippreżenta avvenimenti tal-kick-boxing u l-boxing. Huwa mill-Belt u supporter kbir tat-tim Belti.

Fil-ħajja personali huwa jinsab f’relazzjoni u huma missier tifla, Ylenia.

Awguri!