Tal-Barrani tingħalaq mil-lejla minħabba x-xogħlijiet

Illum, se jibda x-xogħol ta’ kisi mill-ġdid ta’ parti minn Triq tal-Barrani, fl-inħawi ta’ Bir id-Deheb fiż-Żejtun. It-triq bejn il-kisra ta’ Vjal il-25 ta’ Novembru u r-roundabout ta’ Bir id-Deheb se tkun qed tinbidlilha l-wiċċ.

It-triq se tkun magħluqa għal xi ljieli bejn it-8:00pm u s-6:00am kuljum għaż-żmien li ġej. B’hekk ix-xogħol se jkun jista’ jsir b’inqas periklu għall-ħaddiema.