Tajt struzzjonijiet biex ma jitnaddafx il-mafkar ta’ Daphne – PM

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li ta struzzjonijiet biex ma jitnaddafx il-mafkar tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Huwa kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt żjara li għamel f’Dar il-Kleru f’Birkirkara, fejn intlaqa’ wkoll mill-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi.

Mistoqsi dwar l-ittra li bagħtitlu l-għaqda mhux governattiva Repubblika fejn offriet l-għajnuna tagħha, Robert Abela tenna dak li qal ilbieraħ li hu qed jitkellem l-istess lingwa tar-Repubblika dwar il-governanza tajba.