Tajruh u baqgħu sejrin – ġrieħi ħfief biss

Olandiż ta’ 40 sena residenti San Ġwann sofra ġarrab biss ġrieħi ħfief wara li karozza laqtitu u baqgħet sejra fi triqitha.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Borg Olivier San Ġiljan.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei biex jingħata l-ewwel kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex jaraw min tajjar lir-raġel u għaliex baqa’ sejjer.