Tajani għan-Niġer biex jiddiskuti l-immigrazzjoni

Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani għada se jżur in-Niġer biex jiddiskuti l-immigrazzjoni.

Tajani qal bis-saħħa ta’ sapport finanzjarju u relazzjoni b’saħħitha, l-Unjoni Ewropea għenet lin-Niġer biex tnaqqas il-flussi migratorji lejn il-Libja u l-Unjoni Ewropea b’aktar minn 95%.

Tajani se jżur in-Niġer bil-għan li jsaħħaħ l-għaqda li diġà teżisti u se joffri opportunitajiet konkreti biex tikber l-ekonomija permezz ta’ grupp sħiħ ta’ intraprendituri, riċerkaturi u organizzazzjonijiet internazzjonali li se jakkumpanjawh.

Il-President tan-Niġer, flimkien ma’ Tajani, se jkunu fuq missjoni bbażata fuq erba’ pilastri; koperazzjoni politika, spinta lejn l-intraprenditorjat u r-riċerka, trasferiment ta’ innovazzjoni u teknoloġija kif ukoll koperazzjoni internazzjonali.