Taħt temp relattivament kiesaħ u bix-xita

Illum jidħol fit-tielet jum tiegħu r-Renju tar-Re tal-Karnival. Ilbieraħ taħt temp relattivament kiesaħ u bix-xita xi kultant.

Ilbieraħ filgħodu sar kif ippjanat il-Karnival tat-tfal fil-Belt u fuq il-fosos tal-Floriana. Illum il-Ħadd wara nofsinhar, mistennija jieħdu sehem karrijiet trijonfali, kumpaniji taż-żfin, maskeruni, baned u diversi attivitajiet oħra relatati mal-Karnival. Wara mill-arena fuq il-fosos tal-Floriana, il-karrijiet jitilgħu lejn il-Belt Valletta u wara tibda sfilata u tgħaddi minn Misraħ Kastilja, Triq Merkanti, Triq San Ġwann għal Triq ir-Repubblika.