‘Pulizija u suldati jistgħu jingħaqdu f’unjin’ – Dr Joseph Muscat

Waqt l-indirizz tiegħu lill-Kunsill Nazzjonali tal-General Workers Union, il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat ħabbar li Gvern Laburista jassigura li l-membri tal-pulizija u suldati, ikollhom id-dritt li jissieħbu f’unjin. Hu qal li f’pajjiżi oħra diġa jsir hekk.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu kliem ta’ tifħir għall-operat tal-GWU, u qal kif din l-unjin ħadmet biex fil-kwistjoni ta’ xogħol prekarju.

Dr Muscat qal li permezz tal-ħidma tagħhom din saret parti mill-aġenda nazzjonali.

Il-Mexxej Laburista temm jgħid li l-Partit Laburista diġà għamilha ċara li dawk il-kumpaniji li japplikaw għal tenders tal-Gvern ma jistgħux iħaddnu prattiċi ta’ prekarjat.

Ritratti: Daniel Balzan