Taħsibx li għandek ir-radju bil-ħsara…

radju ħsara karozza dashboard

Xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur se jwassal għaċ-ċans li t-trasmissjoni se tiġi ridotta minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Dan ikkonfermatu fi stqarrija l-Awtorità tax-Xandir li spjegat li x-xogħol ta’ manutenzjoni se jkun qed isir l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu bejn is-7am u l-11am u l-Erbgħa 29 ta’ Awwissu bejn is-7am u s-1pm.

Intant l-awtorità skużat ruħha għal kull inkonvenjent.