Konsultazzjoni pubblika dwar ir-Riforma tal-Finanzjament tal-Partiti

Il-pubbliku se jkun jista’ jressaq ħsibijietu dwar ir-riforma tal-finanzjament tal-partit.
Dan hekk kif il-Kummissjoni Indipendenti għar-Riforma tal-Finanzjament tal-Partiti, ippreseduta mill-Imħallef Giovanni Bonello, qed tniedi konsultazzjoni pubblika.
Il-pubbliku hu mistieden jissottometti l-proposti tiegħu fuq il-finanzjament tal-partiti politiċi, inkluż mill-Istat; il-kunflitt ta’ interess rigward attivitajiet privati u professjonali tad-deputati; kif ukoll dwar jekk il-Membri Parlamentari għandhomx ikunu full-timers jew part-timers.
Is-sottomissjonijiet bil-miktub għandhom jintbagħtu b’email sa nhar it-Tnejn 2 ta’ Mejju.
Peress li r-rapport tal-Kummissjoni jista’ eventwalment isir pubbliku, kull min jgħaddi l-kummenti tiegħu hu mitlub jindika jekk ismux għandux jibqa’ kunfidenzjali.