Taħseb li dan il-mod ġdid tajjeb biex traqqad it-tfal?

L-app tal-meditazzjoni ‘Calm’ riċentament ippubblikat ġrajja ġdida tal-aħwa Grimm. Din l-aħbar bdiet tċċirkola riċentament fuq il-midja soċjali.
Madanakollu fil-verità l-ġrajja tal-prinċipessa u l-volpi ma kienetx miktuba mill-aħwa Grimm, li mietu aktar minn 150 sena ilu, imma minn persuni li użaw intelliġenza artifiċjali (AI).
Skont ‘Calm’ l-istorja ġdida kienet riżultat ta’ kollaborazzjoni bejn Botnik Studios u komunità ta’ awturi, artisti u żviluppaturi.
‘Calm’ qalet li din it-teknika qed tissejjaħ literary cloning.
L-impjegati ta’ Botnik użaw program li ġġenera kliem u frażijiet li wieħed ġeneralmet isib fil-ħrejjef oriġinali ta’ Grimm.  Awturi umani mbagħad għaqdu s-sentenzi flimkien biex iffurmaw l-ewwel struttura tal-istorja.
Il-verżjoni kompluta tal-ħrafa tinsab għal bejgħ fuq ‘Calm’.
Taħseb li l-intelliġenza artifiċjali se tkompli tiġġenera xogħlijiet ġidda mill-awturi favoriti tagħna li ħafna minnhom illum m’għadhomx magħna?