Taħriġ għall-Pulizija fil-laboratorju forensiku

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi żjara li għamel fil-laboratorju Forensiku tal-Pulizija ltaqa’ ma’ delegazzjoni mill-Istitut Forensiku Olandiż u l-Ambaxxatur Olandiż.
Din id-delegazzjoni Olandiża tinsab Malta biex tħejji programm ta’ taħriġ għall-Pulizija li jaħdmu fil-laboratorju forensiku.
Aktar kmien s-sena li għaddiet, il-Ministru Abela kellu laqgħat mal-Ministru Olandiż fejn kien deċiż li jiġu esplorati metodi ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Prof. Serracino Inglott mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali.