Awdjo:Taħriġ għal kundizzjonijiet varji permezz ta’ reċti

Perfomance Ethnography hija teknika ta’ riċerka li tinvolvi d-drama u r-reċtar. Permezz ta’ dan ir-reċtar, in-nies jifhmu aktar l-esperjenza ta’ persuna li jew ikollha xi kundizzjoni jew tkun għaddiet minn xi esperjenza. Din l-esperjenza tista’ tvarja minn dislexia, sa esperjenza ta’ meta persuna titlef lil xi ħadd li tħobb. Ruth Falzon tkellemt ma’ Newsbook fejn spjegat kif taħdem eżatt din il-Performance Ethnography.

Dan it-tip ta’ reċtar diġa’ sar f’Malta tliet snin ilu. Madanakollu, ma kienx għadu jisejjaħ Performance Ethnology.

Ruth Falzon qalet li tispera li fil-futur nibdew naraw aktar atturi Maltin jagħmlu dawn it-tip ta’ riċerki teatrali. Skont kif spejgat, din l-esperjenza teatrali tappella kemm għal dawk li sempliċiment jinteressaw ruħhom fit-teatru, kif ukoll għal dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq xi kundizzjoni partikolari.

Din ir-reċta se tkun qed issir l-Ġimgħa, 22 ta’ Frar fis-7:30pm fil- kappella tal-Universita’. Ir-reċta ddum siegħa u wara ssir ukoll diskussjoni mal-udjenza.
Claire Aguis u Matthew Scerfield se jkunu l-atturi li se jinterpretaw l-esperjenza ta’ xi ħadd li jbati mid-dislexia.