​Taħriġ għal 360 sajjied

360 sajjied se jkunu qed jieħdu taħriġ f’seminar mifrux fuq jumejn, li qed jiġi organizzat mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura.
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri fetaħ is-seminar, li qed isir b’nofs miljun ewro, b’konfinanzjament mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,
Camilleri qal li s-sajjieda se jkollhom opportunità li jsaħħu l-għarfien tagħhom f’oqsma varji, fosthom ir-regolamenti tas-sajd, liġijiet marittimi u l-użu tal-informazzjoni teknoloġika.
Barra minn hekk, wieħed se jkun qed jiġi infurmat kif għandu jipproteġi saħħtu u s-saħħa ta’ dawk abbord ta’ dgħajsa f’każ ta’ emerġenza.