Taħriġ ġdid għal studenti tan-negozju fl-MCAST

Studenti tal-MCAST li qed jistudjaw korsijiet relatati man-negozju se jkollhom opportunitajiet ġodda ta’ taħriġ u xogħol.
Dan permezz ta’ ftehim ġdid li ġie ffirmat fejn l-MCAST u l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (l-MEA), li se twassal biex l-MCAST u l-Assoċjazzjoni jaħdmu iktar mill-viċin.
Il-ftehim kien iffirmat waqt konferenza intitolata ‘Bridging the Gap: Student to Business Entrepreneur’ li saret fl-MCAST fis-27 ta’ Ottubru.
Permezz ta’ dan il-ftehim ukoll, se jiġu identifikati opportunitajiet fin-negozju għal studenti li qed isegwu korsijiet f’suġġetti relatati.