Taħriġ fl-Ingliż lir-refuġjati

Il-Ministru għas-Solidarjeta’ Soċjali Michael Farrugia ħabbar illi intlaħaq ftehim flimkien mal-Kumpanija Elanguest sabiex jingħata taħriġ fl-Ingliż lir-Refuġjati.
It-taħriġ se jkun qed jingħata tul erba’ ġimgħat, li se jkunu mqassma fuq ħmistax il-siegħa ta’ taħriġ fil-ġimgħa bla ħlas.
Il-Ministeru se jkun qed jitlob rapport ta’ riżultati li nkisbu u kif kienet l-esperjenza in ġenerali meta dan il-ftehim jasal fi tmiemu.
Dan huwa proġett pilota biex fuqu ikunu jistgħu jsiru aktar proġetti simili.
Hemm il-ħsieb li dan il-proġett jiġi estiz għal dawk li jkunu qed ifittxu ‘subsidiary protection’, dawk li jkunu qed jistaqsu għall-ażil u dawk li jkollhom protezzjoni temporanja.
Preżenti għall-istess konferenza kien hemm il-Ministru għal-Edukazzjoni Evarist Bartolo li faħħar l-inizzjattiva u ħeġġeġ sabiex ikun hawn aktar skejjel li jaħdmu fl-istess qasam sabiex joffru servizz simili.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri