Taħlita tal-brinġiel

Ingredjenti

2 brinġiliet

bżar

żejt taż-żebbuġa

tewm kemm tiggosta

tursin

Metodu

Qaxxar u qatta’ l-brinġiel f’dadi zgħar. Poġġi fl-ilma bil-melħ għal matul il-lejl.

Meta tkun se ssajru laħalħu sewwa.

Saffih kemm tista’ mill-ilma żejjed u għaffeġ it-tewm. Għaffeġ il-brinġiel u ħalltu mal-tewm ma’ ftit qtar taż-żejt taż-żebbuġa.

Qiegħed it-taħlita fi skutella u żejjen bil-weraq tat-tursin.

Din it-taħlita tajba ħafna mal-laħam mixwi, mal-ħaruf fil-forn u mal-ħobż bil-kunserva.