Taħditiet informattivi f’Manoel Island se jsiru regolarità

Sotto le Loggie – The Lazzaretto: Corsairs at Manoel Island, hija l-ewwel minn sensiela ta’ taħditiet li dwar l-istorja ta’ Malta li se jibdew jinżammu regolarment fil-Forti Manoel.
Il-preżentazzjoni ta’ nhar it-Tlieta li għaddew saret minn Liam Gauci, student mid-Dipartiment tal-Istorja fl-Università ta’ Malta.
Il-Kuratur tal-Forti, il-Perit Edward Said, għamel introduzzjoni qasira fuq ir-restawr tal-kappella ta’ Lazzarett, waqt li Gauci spjega l-ħajja tal-pirati fis-Seklu Tmintax, hekk kif il-vapuri tagħhom kienu jkunu sorġuti għal ħafna jiem taħt is-swar tal-Forti Manoel, u eżatt fil-Lazzarett.
F’isem il-MIDI plc li qed torganizza dawn l-attivitajiet, Mario Micallef laqa’ lil dawk kollha li attendew u ħabbar il-pjanijiet sabiex dawn il-preżentazzjonijiet jibdew isiru fuq bażi regolari.
MIDI plc dalwaqt se tibda taċċetta gruppi biex iżuru l-Forti Manoel. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.midimalta.co